Raġel ta’ 37 sena mill-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq it-Torri meta għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn xi għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll italbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Iktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.