Anthony Borg ta’ 35 sena u Mario Abdilla ta’ 66 sena nstabu ħatja li fit-12 ta’ Frar li għadda, serqu minn żewġ garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar għad-dannu ta’ Alfredo Mallia u Gaetano Bonnici.
Ir-reat kien sar għall-ħabta tas-1.30 ta’ filgħodu. Għalkemm l-akkużati nstabu ħatja għal għemilhom, il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qieset iċ-ċirkostanzi u ordnat li dawn jitqiegħdu fuq ordni ta’ probation għal 3 snin filwaqt li jieħdu wkoll l-kura meħtieġa.
L-avukati Gianluca Caruana Curran u Christopher Chircop deheru għall-akkużati filwaqt li l-Ispettur Clayton Camilleri mexxa l-prosekuzzjoni.