George Vella, twieled iż-Żejtun u għandu sebgħa u sebgħin sena. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja taż-Żejtun u ggradwa bħala Tabib fl-elf disgħa erbgħa u sittin mir-Royal University of Malta. Huwa missier ta’ tlett itfal Claire, Elaine u George Junior u miżżeweġ lil Miriam.
George Vella ilu involut fil-politika għal iktar minn 40 sena. Huwa kkontesta l-ewwel elezzjoni fl-1976 u tela’ fil-Parlament għall-ewwel darba sentejn wara f’elezzjoni każwali fuq it-Tielet Distrett.
Minn dakinhar baqa’ jiġi elett fuq l-istess distrett sal-elezzjoni tal-2013 bl-eċċezzjoni tal-elezzjoni tal-elf disgħa mija sebgħa u tmenin. (1987)
Fl-elf disgħa mija tnejn u disgħin huwa m’aċċettax li jieħu tmexxija tal-Partit Laburista iżda nħatar deputat mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, kariga li dam jokkupa sal-2013.
F’Ottubru tal-1996 huwa ġie appuntat deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Ambjent.
Huwa rtira mix-xena politika f’Ġunju tal-elfejn u sbatax wara li ma kkontestax l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Tul is-snin li dam fil-kariga ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin mexxa bosta laqgħat fosthom is-summut tal-mexxejja ewropej u afrikani, il-konferenza tal-kapijiet tal-istat tal-commonwealth fl-2015 u l-Presidenza ta’ Malta tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017.
George Vella se jkun it-tieni tabib li jokkupa l-kariga ta President ta’ Malta wara Ċensu Tabone u l-ewwel persuna miż-Żejtun fl-ogħla kariga fil-pajjiż.
Tul il-karriera tiegħu huwa ġien onorat b’diversi titli fosthom mir-Reġina Eliżabetta meta f’Novembru li għadda onoratu fil-kavallerat tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ. L-unur ingħatalu personalment mid-Duka ta’ Kent, li jiġi l-kuġin tar-Reġina.