Raġel ta’ 82 sena minn Ħ’Attard intlaqat minn vann misjuq minn raġel ta’ 37 sena minn Birkirkara. Dan ġara għall-ħabta tal-10.00 fi Triq il-Wied fl-Imsida.
L-anzjan ta’ 82 sena kien qed isuq mutur u ġarrab xi ġrieħi f’dan l-inċident. Intant ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Ritratt: TVM