Dilettanti tal-Karnival ingħaqdu flimkien fi Pjazza Kastilja biex isellmu l-memorja ta’ waħda minnhom, Kelly, li llum tħabbret il-mewt tagħha proprju fil-jiem li kienet tant tħobb tiċċelebra.
Kelly kienet żeffiena tal-Karnival fejn flimkien mas-sieħeb tagħha kienu jqattgħu sigħat sħaħ iferrħu u jpoġġu tbissima fuq fomm kulħadd.
Kien proprju dalgħodu li d-dilettanti tal-Karnival qamu maħsuda bl-aħbar li Kelly ħalliet din id-dinja, b’bosta jiddeskrivuha bħala mara b’qalb tad-deheb u li dejjem lesta biex tgħin.
Kien għalekk li d-dilettanti ħassew li jkun xieraq li jsellmu l-memorja tagħha proprju waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival.