Il-kumpanija Ġappuniża Toyota sejħet lura 3.37 miljun karozza madwar id-dinja.
Illum il-kumpanija qalet li se tiġbor lura 2.87 miljun karozza minħabba li jista’ jikollhom ħsara fil-mod li bih ikejlu l-emmissjonijiet, wara li tard il-bieraħ ħabbret li 1.43 miljun oħra għandhom problema bl-airbags.
Uħud mill-mudelli, bħall-mudell hybrid Prius li jaħmdem bl-elettriku, jista’ jkun li għandhom iż-żewġ difetti.
Ma kien hemm ebda każ ta’ persuni midruba minħabba dawn id-difetti.