Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jixtieq jinforma lill-pubbliku ġenerali li l-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa għal dawk interessati li jipparteċipaw fis-sajd rikreattiv tat-tonn matul l-istaġun li ġej.
L-istaġun tar-rikreazzjoni għat-tonn bluefin se jkun miftuħ mis-16 ta’ Ġunju 2019 sal-14 ta’ Ottubru 2019 jew sakemm jiġu eżawriti l-kwoti relevanti allokati.
Biex wieħed jipparteċipa fis-sajd rikreattiv tat-tonn, l-applikant għandu jkollu bastiment liċenzjat għas-sajd rikreattiv skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
L-applikazzjonijiet għas-sajd rikreazzjonali għat-tonn se jkunu disponibbli fuq mobile app li se jkunu miftuħin mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju 2019.
Il-mobile app tista’ titniżżel mill-Google Play Store jew mill-Apple Store billi ssegwi dawn il-passi: Fittex għal Malta Fisheries & Aquaculture, imbgħad agħżel is-simbolu tal-ħuta.
Wara nstalla l-applikazzjoni w iftaħa. Agħżel Fishing Licence Renewals u erġa għażel Recreational BFT Authorisation.
Imbagħad imla d-dettalji kollha mitluba u agħfas submit. F’dan l-istadju l-applikant għandu jirċievi email li tikkonferma li l-formola tal-liċenzja ġiet sottomessa.
Fi żmien jumejn tax-xogħol l-applikant jirċievi email li jindika jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata jew jekk hix meħtieġa aktar dokumentazzjoni.
Ladarba l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-applikant jista’ jipproċedi biex iħallas il-ħlas amministrattiv ta’ €20 billi juża l-istess app.
L-istruzzjonijiet pass pass għall-ħlas se jiġu provduti fl-email tal-konferma.
Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fuq ittelefon 22926888/6800.