“Karnival fil-Marina” illum sar karnival mfittex ħafna fiż-żona ta’ Marsamxett, fejn bosta huma dawk li jgħixu fiż-żoni ta’ Tas-Sliema, Gżira, Msida, Pietà u naturalment Ta’ Xbiex, li qed iżuru dan il-Karnival u jevitaw il-ġenn ta’ postijiet oħra.
Din hija l-ħames edizzjoni ta’ dan l-avveniment organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, li l-potenzjal tiegħu huwa l-originalità għall-fatt li huwa l-uniku karnival li jsir f’yacht marina.
Avveniment li uħud iqisuh bħala villaġġ karnivalesk fejn wieħed isib stands tal-ikel, toys, żona rikreattiva għat-tfal u bosta stands oħra.
Addizzjoni għal din is-sena huwa s-seating li ħa jkun qed jiġi armat għall-ewwel darba permezz ta’ stand li ħa tkun qed joffri kumdità aħjar lill-dawk preżenti.
Il-karnival f’Ta’ Xbiex dejjem isir nhar it-Tnejn tal-karnival, u l-avveniment “Karnival fil-Marina” se jsir it-Tnejn 4′ ta’ Marzu fil-parkeġġ tal-Yacht Marina f’Ta’ Xbiex mill-5.30pm ‘il quddiem.