Għall-ħabta ta’ 9.45am raġel ta’ 75 sena li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq Ħal Kirkop, l-Imqabba waqa’ sular u nofs.
B’konsegwenza ta’ dan huwa weġġa’ rasu.
Ir-raġel li huwa residenti l-Imqabba ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Minnufih issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lit-tim mediku ta’ Mater Dei.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.