Fl-2013 il-Kummissjoni Ewropea kienet tgħid li Malta għandha sfida fil-finanzi, din il-ġimgħa qalet li Malta għamlet u se tkompli tagħmel surplus.
6 snin ilu l-Kummissjoni Ewropea qalet li żdiedu dawk fil-faqar u din il-ġimgħa qalet li dawn naqsu.
Kien il-Country Report li tefa’ dawl fuq dawn id-differenzi.
Din id-darba l-Kummissjoni Ewropea sostniet li “in recent years, Malta has seen high GDP growth, strong employment, a budget surplus and a buoyant services sector.”
B’kuntrast, il-Country Report għall-2013 kien sostna “Malta faces important entrenched challenges that affect the sustainability of its public finances and its potential growth, and it was one of the countries identified by the Commission as experiencing macroeconomic imbalances, pertaining in particular to the financial sector and public finances.”
Mentri fl-2013 il-Kummissjoni Ewropea kienet inkwetata fuq is-sitwazzjoni li pajjiżna kien jinsab fiha, fl-analiżi tagħha issa tikkonkludi li “economic growth appears to have been driven by structural changes … which are expected to continue.”
Fl-istess ħin l-esperti Ewropej isostnu l-bżonn li pajjiżna jkompli jieħu passi biex dan it-tkabbir ikompli, fost l-oħrajn permezz ta’ titjib fl-infrastruttura u l-kompetittività.
Il-Kummissjoni tinnota kif dan jista’ jseħħ anke permezz ta’ fondi Ewropej.
Fil-qasam tad-dejn pubbliku l-Kummissjoni tinnota li “after peaking at 70.1% of GDP in 2011, public debt fell to 50.9% in 2017.”
L-esperti Ewropej qed ibassru li sa tmiem din il-leġiżlatura, il-piż tad-dejn nazzjonali se jkun naqas għal 35% tal-ġid nazzjonali.
Li jfisser li f’żewġ leġiżlaturi l-piż tad-dejn pubbliku se jkun tnaqqas bin-nofs.
Ir-rapport juri li waqt li bħala medja bejn l-2004 u l-2012 kien hemm defiċit ta’ 3.2% tal-ġid nazzjonali, fl-2017 kien hemm surplus ta’ 3.5%.
L-esperti tal-Kummissjoni jinnutaw li “Malta has met its targets on employment and tertiary education attainment and it appears to be on track to meet its renewable energy target.”
Fil-kamp soċjali r-rapport isostni li “Malta performs relatively well on the indicators of the Social Scoreboard,” fost l-oħrajn minħabba li “the overall employment rate is above the EU average and long-term unemployment rates are low.”
Fl-analiżi tagħhom tal-qasam tal-impjiegi, l-esperti Ewropej jirrimarkaw l-importanza tar-riformi li seħħew fl-aħħar snin, filwaqt li enfasizzaw li “Malta had the highest increase in female employment in the last decade,” b’żieda 6 darbiet dik fl-UE.
Il-Kummissjoni tgħid ukoll li “poverty and social exclusion risks have declined..and compare favourably with 2008.”
B’kuntrast, fil-Country Report tal-2013, l-esperti tal-Kummissjoni kienu nnutaw li “the number of people at risk of poverty has seen dynamic growth in recent years.”
Il-Country Report jinnota l-miżuri li qed jieħu l-Gvern biex inaqqas l-evażjoni fiskali, filwaqt li jirrikonoxxi t-tisħiħ fir-riżorsi biex jiġi mħares is-settur finanzjarju.
Fejn tidħol il-kompetittività ta’ pajjiżna, il-Kummissjoni tinnota li “its performance is remarkable in indicators such as macroeconomics (1st), trademark applications (2nd), active labour policies (19th) and ICT adoption (24th).”
Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li “Malta is a European leader in the provision of digital public services.”