Ragel ta’ 38 sena li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti tressaq akkużat li ffroda b’madwar €223,000 l-kumpanija tal-gaming li kien jahdem magħha.
Huwa qed ikun akkużat li ħa flus imħallsa mill-klijenti għas-servizzi mogħtija mill-kumpanija. Il-prosekuzzjoni saħqet li mill-iskrill li minnu ttieħdu l-flus kellu aċċess biss l-impjegat.
Id-difiża mmexxija mill-avukat Manuel Mallia m’aċċettatx l-arrest u wieġbet mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tal-akkużat. Huwa kompla jitlob għall-ħelsien mill-arrest. Għal dan oġġezzjonat l-prosekuzzjoni hekk kif saħqet li huwa seta’ jaċċessa l-acccounts u jkellem lil eks-kollegi tiegħu.
Il-Qorti madankollu laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €75,000, hekk kif il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace rat li hemm mod kif l-aċċess tal-akkużat għall-kontijiet ikun magħluq. Huwa irid jiffirma darbtejn fil-gimgħa fl-għassa.