Arts Council Malta se jippreżenta ċerimonja fejn se jingħata l-premju prestiġġjuż “Premju għall-Arti 2019”. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi tidħlu fuq is-sit: www.kultura.mt/event/308
Il-Premju għall-Arti 2019 jiċċelebra x-xogħol eċċellenti dwar il-kultura Maltija u l-industrija kreattiva li ttellgħu fl-istaġun ta’ bejn l-2017-2018.
L-attività se tittella’ nhar it-Tlieta 16 t’April fit-8.30pm fit-Teatru Manwel, il-belt Valletta.
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq: https://bit.ly/2Hdx0lP
Ritratt: Stephen Buhagiar