Terremot li kejjel 7.1 fuq l-iskala Rikter laqat lill-Peru kmieni l-Ġimgħa filgħodu.
Skont esperti li tkellmu mal-midja internazzjonali, l-epiċentru tat-terremot jinsab 40 mil ‘il barra mit-Tramuntana tal-belt ta’ Juliaca (Ġuljaka).
S’issa jidher li m’hemm ebda riskju ta’ tsunami fuq il-pajjiż kawża ta’ dan it-terremot.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi fatalitajiet kawża ta’ dan.