Il-Gvern Amerikan qed joffri €1,000,000 lill-persuni li jgħaddulu informazzjoni dwar Hamza Bin Laden, iben l-eks mexxej tal-għaqda terroristika al-Qaeda, Osama Bin Laden.
Dan hekk kif, skont l-aħħar informazzjoni li ngħatat lill-amministrazzjoni, Hamza Bin Laden mistenni joħroġ jiddikjara li huwa l-mexxej tal-għaqda.
Sorsi qalu lill-Gvern Amerikan li Bin Laden bħalissa huwa stazzjonat mal-fruntiera li tgħaqqad il-Pakistan mal-Afganistan.
Riċenti, Bin Laden xerred messaġġi awdjo-viżivi jattakka lill-Istati Uniti li l-alleati tagħhom fil-Punent minħabba l-qtil ta’ missieru.
Osama Bin Laden inqatel fl-2011 f’Abbottabad fil-Pakistan.
Huwa se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-moħħ wara l-attakki fuq l-Istati Uniti ta’ Settembru tal-2001, fejn mat-3,000 persuna tilfu ħajjithom intortament.