Il-Ħamis filgħaxija kien hemm xena mhux tas-soltu hekk kif toħroġ minn fuq il-vapur ta’ Għawdex. Dan għaliex wieħed seta’ jinnota għexieren ta’ sajjieda bil-qasba tas-sajd jistadu għall-awrat.
Ma’ One.com.mt, sajjied qalilna li din hi “manna mis-sema” għax kienu ilhom ma jaqbdu ħut minn dawn in-naħħat f’Għawdex għal diversi snin.