Disa’ nisa u raġel min-Nepal mistennija jintbagħtu lura lejn pajjiżhom wara li pprovaw jitilqu minn Malta lejn il-Portugall. Il-persuni nżammu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fl-ajruport il-Ħamis filgħodu, ftit tal-ħin qabel ma kienu se jħallu pajjiżna. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li n-nisa u r-raġel kellhom viża valida biss biex jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna. Madankollu b’din il-viża pprovaw jitilqu lejn il-Portugall.
Sorsi qrib il-Pulizija spegaw li l-viża kienet valida biss għal Malta, iżda allegatament l- ippruvaw jużawha biex jibdew jgħixu f’pajjiż ieħor Ewropew. L-istess sorsi qalu li fl-aħħar sigħat il-Pulizija rrevokat il-permessi u l-viża tal-għaxar persuni u mistennija tibagħtuhom lura lejn in-Nepal fis-sigħat li ġejjin.