Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet tħassib dwar il-ħatriet tal-ġudikatura fl-Irlanda.
Fir-rapport tagħha dwar il-qagħda soċjali u ekonomika li saret għal kull pajjiż, il-Kummissjoni Ewropea nnotat in-nuqqas ta’ esperjenza legalistika fuq bord ġdid biex jaħtar il-ġudikanti.
Kien innotat kif minn sbatax-il membru ħamsa biss għandhom l-esperjenza legali.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li dan il-bord ġdid ma jilħaqx l-istandards Ewropej. Saħansitra l-Kummissjoni Ewropea qalet li dan mhux biss ma jilħaqx il-livell tagħha iżda lanqas ta’ dak li jrid il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa magħruf bħala l-Greco.
Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni Ewropea marret iktar minn hekk. Ikkritikat il-fatt li l-Qorti tal-Appell qed titħalla mingħajr riżorsi bl-amministrazzjoni tal-ġustizzja taqa’ tard ħafna.
Saħansitra l-esperti tal-Kummissjoni kienu skjetti wkoll meta qalu li l-mod kif qed isiru l-affarijiet fil-qrati Irlandiżi qed iweġġa’ r-reputazzjoni tal-Irlanda bħala post fejn isir in-negozju.
L-Irlanda ma kinitx l-uniku pajjiż b’rapport kritiku ħafna.