Xena mhux tas-soltu fi triq ewlenija f’Tas-Sliema meta raġel deher jifqa’ bieb ta’ ħanut b’daqqiet ta’ sieq quddiem bosta nies fosthom turisti.
Filmat tal-inċident mibgħut lil one.com.mt juri lir-raġel jagħti bis-sieq fuq il-bieb tal-ħġieġ li kien magħluq. Wara li rnexxielu jiftħu huwa deher dieħel fil-ħanut u jimbotta persuna li kien hemm fil-ħanut li pprovat tirreżistih.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li l-każ seħħ ftit tal-jiem ilu u sal-lum għadu ma sarx rapport lill-pulizija dwar din l-allegata aggressjoni.