Il-Qorti mistennija terġa’ tisma’ l-każ ta’ Lawrence Attard, li kien ġie kkundannat 6 snin ħabs wara li kien instab ħati ta’ traffikar ta’ eroina u li kkawża l-mewt ta’ Theresa Agius ta’ 20 sena minn Raħal Ġdid fl-1999.
Fl-2013, Attard ġie kkundannat 6 snin ħabs u multa ta’ €10,000. Għal dan l-avukat difensur qal li kien hemm ġudizzju skorrett mill-ewwel Qorti u lmenta dwar verżjonijiet konflinġenti minn żewġ xhieda.
Il-Qorti tal-Appell iddikjarat is-sentenza li tat l-ewwel Qorti bħala waħda invalida.