Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-1.00am, il-korp tal-pulizija ġie infurmat li bieb ta’ residenza fi Triq K. Mifsud f’tal-Pietà ħa n-nar.
Fortunatament, f’din id-dar kien hemm 3 persuni li ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
F’dan il-każ, infetħet inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.