F’anqas minn erba’ xhur, il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ikkontradixxa lilu inifsu dwar il-Kummissjoni Venezja.
Kummissjoni li s-sena li għaddiet fuq talba tal-gvern Malti, tat pariri dwar kwistjonijiet kostituzzjonali u legali dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna.
Kien f’Ottubru li għadda li l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici talab lill-Kummissjoni Venezja sabiex tagħti r-rakkomandazzjonijiet sabiex għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjizna. Iżda Adrian Delia kien irredikola u kritika lill-Gvern talli għamel dan il-pass.
Fl-14 ta’ Ottubru, 2018, Adrian Delia kien qal ċar u t-tond li kien il-Ministru Owen Bonnici li talab lil Kummissjoni Venezja tiġi Malta u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Adrian Delia l-Kap tal-Oppożizzjoni mar ilbieraħ u lill-Kummissjoni Venezja kitbilhom u qalilhom aħna ma nifhmux tuna parir inthom.
Aktar minn hekk, Adrian Delia kien iddeskriva il-pass tal-Gvern bħala ċertifikat tal-mistħija, għax talab parir mingħand il-Kummissjoni Venezja.
Huwa kompla billi qal: “Ċertifikat tal-mistħija. Ħassejtni muġugħ u għajb li il-Ministru tal-Ġustizzja imur barra pajjiżna u jabbdika r-responsabbiltà tiegħu”.
Iżda it-Tnejn wara nofsinhar, Adrian Delia kkontradixxa lilu innifsu, u prova jieħu l-mertu tar-rapport li għamlet il-Kummissjoni Venezja dwar pajjiżna.
Adrian Delia sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet u qal li ma kienx il-Ministru Owen Bonnici li talab lill-Kummissjoni Venezja li tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Meta mistoqsi “Dr Adrian Delia xi kredibilità għandek titkellem dwar il-Kummissjoni Venezja meta ma ridtiex tiġi hawn Malta ?”, il-Kap tal-Oppożizzjoni Delia qal: “ Il-Ministru Bonnici ma jistax jidħaq bin-nies u jgħid li kien hu li talab lill-Kummissjoni Venezja biex tagħmel ir-rapport. Hekk kien qal u mhux vera”.
Dikjarazzjoni li tixhed mhux biss li baqa’ negattiv bħal u aktar mill-Eks-Kap Nazzjonalista u jmeri s-sewwa magħruf, iżda inkonsistenti meta jikkontradixxi lilu nnifsu fuq l-istess suġġett.