L-iskola lokali tal-arti performattiva ingħaqdet ma’ oħrajn madwar id-dinja biex jinqabeż ir-rekord tal-akbar numru ta’ rapreżentazzjonijiet tal-istess spettaklu li jseħħu fl-istess ħin.
Stagecoach Performing Arts Malta kkontribwiet biex jintlaħaq Guinness World Record ġdid billi pparteċipat f’serata ta’ spettaklu bejn l-iskejjel internazzjonali ta’ Stagecoach.
Stagecoach Malta ingħaqdu ma’ eluf ta’ studenti oħrajn minn madwar 73 skola ta’ Stagecoach fl-Ingilterra, l-Ġermanja, l-Kanada u madwar id-dinja bil-verżjoni tagħhom ta’ Beauty and the Beast Junior ta’ Disney, is-sajf li għadda fil-Birmingham Symphony Hall fl-Ingilterra.
Waqt dan l-avveniment li kien ikkoreografat fuq bażi internazzjonali, it-73 rappreżentazzjoni tal-iskejjel tal-istess spettaklu seħħew fl-istess ħin fl-1 ta’ Lulju 2018 mis-6.00pm BST.
Issa li l-avveniment ġie approvat minn ġurija indipendenti, Stagecoach Malta saret taf li l-attentat kien wieħed ta’ suċċess, u b’hekk intlaħaq Guinness World Record ġdid għall-ikbar numru ta’ rapreżentazzjonijiet tal-istess spettaklu li saru fl-istess ħin.
“L-istudenti tassew ferħu b’din l-aħbar, speċjalment meta tikkonsidra kemm ħadmu u ppreparaw biex ikunu lesti għal dan l-avveniment internazzjonali,” qal Edward Mercieca, il-kap ta’ Stagecoach Malta.
“Aħna nemmnu li avvenimenti bħal dawn tassew jirriflettu dak li Stagecoach tant temmen fih: creative courage for life, u s-suċċess ta’ Stagecoach Malta, u dak fuq bażi usa’, se jinġarr mal-istudenti u se jħossuhom kburin bih għas-snin li ġejjin.
Ir-rekord ta’ din is-sena issupera dak ta’ qablu ta’ 66 rappreżentazzjoni ta’ Glad Rags fl- 2008 li mmarka l-20 sena anniversarju tal-iskola.
Din id-darba l-attentat ghall-Guinness World Record inħadem b’tali mod li ħabat ukoll ma’ celebrazzjoni, din id-darba tat-30 sena anniversarju ta’ Stagecoach.
Stagecoach twaqqfet fl-1988, u l-għan tagħha huwa li tispira t-tfal permezz ta’ lezzjonijiet tal-kant, żfin u drama, filwaqt li timmira ukoll li tħalli impatt fuq ħajjet it-tfal.
Eks-studenti internazzjonali ta’ Stagecoach li ta’ min wieħed isemmi jinkludu: Emma Watson, Jamie Bell, Tom Fletcher u Danny Mac.
Stagecoach fakkret it-30 sena ta’ suċċess tagħha kemm bl-attentat li jintlaħaq ir-rekord dinji, kif ukoll b’sena mimlija avvenimenti li jinkludu tea-parties u charity gala b’risq YoungMinds, il-fundazzjoni volontarja primarja fir-RU għas-saħħa mentali fit-tfal u ż-zgħażagħ.
Bħala parti min-netwerk internazzjonali ta’ Stagecoach, b’ ‘il fuq minn 1,800 skola tal-arti performattiva fuq bażi extra-kurrikulari, Stagecoach Performing Arts School Malta toffri lezzjonijiet għal tfal ta’ bejn l-4 u t-18-il sena b’ħafna studenti lokali li llum iħaddnu karriera professjonali fil-qasam tal-ispettaklu u li qed jieħdu sehem b’mod internazzjonali fi produzzjonijiet teatrali u films.
Għal aktar informazzjoni dwar Stagecoach Malta, wieħed jista jżur www.stagecoach.com.mt