It-Tnejn filgħodu saret sezzjoni oħra ta’ Ippjanar u Twettiq bit-tema tkun Kordinazzjoni u Teamwork fl-awtoritajiet fi ħdan il-Ministeru għal-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Permanenti ewlieni Mario Cutajar beda billi rringrazzja lill-awtoritajiet u ħaddiema kollha fi ħdan dan il-Ministeru, tax-xogħol siewi li għamlu fl-aħħar sigħat sabiex inaqqsu l-perikli fit-toroq ta’ Malta u Għawdex.
Cutajar tenn jgħid kemm hu importanti li f’Malta tissaħħaħ l-għaqda bejn il-Korpi Dixxiplinati, fejn għall-ewwel darba f’pajjiżna dawn kellhom tip ta’ union bejniethom.
Intant min-naħħa tiegħu, il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja wkoll lill-awtoritajiet kollha li żammu l-poplu Malti sigur fl-aħħar sigħat.
Qal li qed isir ħafna mmaniġjar u ppjanar sabiex l-għaqda bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’ Malta, Korp tal-Pulizija kif u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, tkompli tisaħħaħ.
Żied jgħid li fil-preżent qed isiru diversi diskussjonijiet fuq strateġiji sabiex din l-għaqda isseħħ.