Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-Korea ta’ Fuq tista ssir waħda mill-ikbar qawwiet ekonomiċi fid-dinja jekk tirrinunzja l-armi nukleari.
Fuq Twitter, Trump qal li l-pajjiż kellu potenzjal għal tkabbir malajr iktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor.
Il-kummenti tiegħu waslu sigħat wara li s-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal li Pyongyang jibqa theddida nukleari.
Trump se jiltaqa mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un għat-tieni darba bejn is-27 u t-28 ta’ Frar f’Hanoi fil-Vjetnam.