Mario Abdilla ta’ 66 sena u Anthony Borg ta’ 36 sena nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’serq u attentat ta’ serq. Filwaqt li m’ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom, qalu li marru jisirqu għax ma kellhomx x’jieklu.
Fil-Qorti rriżulta li huma diġa kienu skontaw sentenzi ta’ priġunerija, u li nqabdu mill-Pulizija għaliex waqt is-serqa minn garaxx f’San Pawl il-baħar, waqatilhom il-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
Aktar tard wieħed mill-akkużati mar l-għassa tal-Pulizija jirraporta li tilef il-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u talbu għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Clayton Camilleri oġġezjonat għax qalet li l-akkużati m’għandhomx indirizz fiss u huma riċedivi.