Clayton McKay ta’ 25 sena mis-Siġġiewi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga eroina u kokaina.
Kien nhar il-Ġimgħa li għadda li f’garaxx f’Ħal Qormi, bil-proprjetà tkun tal-akkużat, sar rejd mill-Pulizija li wassal għal sejba ta’ 270 gramma ta’ droga.
McKay ċaħad l-akkużi fil-konfront tiegħu bid-difiża titlob għall-ħelisen mill-arrest liema talba ġiet irrifjutata.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella spjegat kif l-akkużat ma jistax ikun fdat fejn hemm il-biża’ li jista’ jbiddel il-provi.
Għalekk hi ordnat li jinżamm arrestat.