Ir-riħ qawwi ma ġabx miegħu biss ħsarat, iżda wkoll xeni mill-isbaħ ta’ x’toffri n-natura.
Fir-ritratt tidher ir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex kompletament differenti kif tidher ta’ kuljum, bil-mewġ jidher tiela’ sa wara l-istatwa ta’ nofs il-bajja.
B’dan ir-riħ qawwi wkoll, din il-bajja mistennija tinkesa b’ammont akbar ta’ ramel.
Intant fil-filmat naraw il-mewġ qawwi fil-bajja ta’ Marsalforn.