Bit-temperaturi kesħin u b’xita ma taqta’ xejn, huma bosta l-Maltin li s-Sibt filgħaxija għażlu li jibqgħu d-dar għas-sħana.
Kif mistenni f’temp xitwi bħal tal-lum, ħafna jagħżlu li jordnaw xi ħaġa tal-ikel minn barra u jitolbu li titwasslilhom sħuna quddiem il-bieb tad-dar fl-inqas ħin possibbli.
Madankollu t-temp jidher li qed jagħmilha diffiċli għal bosta ħwienet tal-ikel biex ilaħħqu mad-domanda.
Sid ta’ ħanut tal-ikel għarraf lill-klijenti tiegħu li llum jista’ jkun hemm xi dewmien minħabba l-maltemp li laqat lill-gżejjer Maltin.
“Nitolbukom tkunu ftit sensibbli lejna. Kollha għandna familja d-dar li qiegħda tistenniena li naslu lura d-dar qawwijin u sħaħ! Qegħdin nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex inservukom”, kiteb is-sid tal-ħanut.