Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar ċaħad li f’diskors li għamel fil-Parlament attakka lil min faħħar Malta, fosthom lill-aġenziji tal-kreditu li fl-aħħar snin tejbu l-klassifikazzjoni ta’ Malta.
F’ruling li talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar dak rapportat minn one.com.mt, Cutajar ċaħad kategorikament dak li ġie rrrapportat għax qal li dan l-istazzjon ħa biċċa minn sentenza sħiħa minn diskorsu.
F’ittra mibgħuta lil ONE NEWS, l-uffiċċju tal-Ispeaker talab lil dan l-istazzjoni biex jippubblika kjarfika dwar id-diskors ta’ Cutajar.
Din li ġejja hija traskrizzjoni ta’ dak li stqarr id-deputat Nazzjonalista fejn ċaħad li attakka lill-aġenziji tal-kreditu:
“Illum tajjeb nibqgħu nfakkru li ma jiswa xejn, in-nies hemm barra li jkunu qegħdin jistennew bħar-ruħ tal-Purgatorju l-penjsoni sal-aħħar tax-xahar, il-paga fl-aħħar tax-xahar ma jiswa xejn il-kliem sabiħ li niġu nitkellmu hawnhekk min-naħa tal-Gvern u ngħidu li kollox ward u żahar f’pajjiżna għax għandna ekonomija b’saħħitha, għax il-credit ratings ilbieraħ reġgħu tawna l-A u l-A+ ma jiswa xejn. Inkunu qed nidħku bin-nies jekk nibqgħu nitkelmu b’dan ili-mod. Naħseb li għandna nkunu reali, kredibbli f’dak li ngħidu”.