Illum għall-ħabta tat-2.55pm, il-Pulizija ġiet infurmata li persuna li kienet bil-paraglider weħlet mal-blat fil-Qawra.
Il-Pulizija marru fl-inħawi ta’ Fra Ben, fejn instab li Pollakk ta’ 30 sena weħel mal-blat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-Pollakk u ħadu b’ambulanza fl-Isptar Mater Dei għall-aktar kura intensiva.
Sorsi infurmati qalu li l-paraglider qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.