In-Niġerjani qed jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali wara li l-ġimgħa li għaddiet tħassret fl-aħħar ħin.
Qiegħed jintqal li min jirbaħ l-elezzjoni se jkollu jindirizza numru ta’ problemi fosthom it-theddid għas-sigurtà u l-ekonomija preżenti.
Xi sagħtejn qabel il-ftuħ tal-postijiet tal-votazzjoni dalgħodu, residenti tal-belt ta’ Maiduguri, il-kapitali tal-istat ta’ Borno, irrappurtaw li semgħu għadd ta’ splużjonijiet.