Raġel ta’ 65 sena minn Ħal Tarxien ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li ta daqqa ta’ ponn lil martu f’għajnejha f’bandli f’Raħal Ġdid. Il-mara għadha qed tingħata l-kura l-isptar.
Ir-raġel ġie arrestat ftit wara l-inċident li allegatament seħħ il-Ħamis li għadda f’bandli.
Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti biex tiġi mħarsa l-identità tal-vittma wieġeb mhux ħati li darab gravi lil martu.
Rapporti fil-midja qalu li l-mara għadha qed tingħata l-kura minħabba l-ġrieħi serji li ġarrbet f’għajnejha.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audry Demicoli ma laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.