Ħadd ma weġġa meta xi nirien ħakmu appartament ġewwa Triq il-Qroqq l-Imsida.
Il-każ seħħ kmieni waranofsinhar meta għal xi raġuni l-appartament inħakem min-nar.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li bdew jitfu n-nar u ħarġu xi nies li kienu maqbuda ġewwa l-appartament.