Matul dawn l-aħħar jiem żar pajjiżna is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana Dr. Kunio Mikuriya.
Huwa ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna flimkien mad-Direttur Ġenerali tad-Dwana is-Sur Joseph Chetcuti u l-management tad-dipartiment tad-Dwana.
Fi stqarrija id-Dwana ta’ Malta qalet li l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana temmen fl-importanza tat-tkabbir ta’ pajjiżi żgħar fl-ekonomija dinjija. Id-Dwana hija kruċjali għal dan it-tkabbir u għalhekk jaqa fil-pjan strateġiku tal-Organizzazzjoni. Iż-żjara ta’ Dr. Mikuriya f’pajjiżna huwa porpoju xhud ta’ dan.
Id-Dwana qalet li Dr. Mikuriya wera nteress fit-teknoloġiji tal-Blockchain li pajjiżna qed iħaddan u li huwa konxji li Malta qed taspira li tkun waħda minn dawk li jmexxu ‘l quddiem l-opportunitajiet li din it-teknoloġija ġġib.
Tul iż-żjara tiegħu Dr. Mikuriya dar il-faċilitajiet ta’ moniteraġġ li għandha d-Dwana fil-Freeport.