Il-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga u dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, mgħejjuna mill-uffiċjali tal-‘Ispecial Intervention Unit’ għaddejja b’rejd intensiv għad-droga u l-isplussiv f’dar f’Ħal Qormi.
ONE News jinsab informat li tul ir-rejd il-Pulizija arrestat minn tal-inqas żewġ persuni minn residenza fi Triq Armal kantuniera ma’ Triq il-Belt Valletta. Fil-fatt fuq il-post waslu wkoll membri mit-Taqsima tal-Isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jassistu fl-investigazzjonijiet li għaddejjin, flimkien mas-sezzjoni tal-klieb.
Għad mhux magħruf jekk il-Pulizija sabitx droga jew splussiv f’din ir-residenza.