Kmieni fl-għodwa tal-Ġimgħa tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici, jew hekk kif kien magħruf bħala Ġoġo, fl-għomor ta’ 88 sena.
Imwieled f’Bormla, Mifsud Bonniċi kien ġgant fix-xena legali, fejn inħatar bħala mħallef fl-1988 u Prim Imħallef fl-1990. Huwa serva wkoll bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu bejn l-1992 u l-1998.
Mifsud Bonniċi żgur li ser jibqa’ mfakkar għas-sehem li ta fil-midja lokali wara li rtira mill-karriera twila tiegħu fuq il-bank tal-ġudikatura, b’waħda mill-aħħar dehriet tiegħu tkun intervista li sar. F’din l-intervista l-Professur qasam waħda mill-esperjenzi tiegħu ta meta kien jiprattika l-logħba ċ-ċess.
Huwa kien involut ukoll fix-xena sportiva, fejn bejn is-sena l-1968 u l-1982 serva wkoll bħala President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.
Il-Professur kien miżżewweġ lil Maria, u ħalla warajh tlett itfal.
Il-mewt ta’ Mifsud Bonnici ġabet ir-reazzjoni ta’ bosta fosthom tal-Partit Laburista li sellem il-memorja tiegħu u ddeskrivih bħala persuna li ta kontribut kbir lill-pajjiż f’oqsma diversi fosthom il-liħi u l-isport.