Is-Segretarju tar-Renju Unit għall-Brexit, Stephen Barclay, u l-Avukat Ġenerali Ingliż Geoffrey Cox mistennija jirritornaw Brussell għal aktar taħdidiet man-negozjatur ewlieni għall-Brexit, Michel Barnier.
Din l-aħbar ġiet fl-istess jum li fih il-Ministru Malti għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li Malta qed tappoġġja l-isforzi tal-Irlanda biex ikun hemm ftehim dwar il-fruntieri bħala parti min-negozjati Brexit.
F’diversi kummenti li ta lill-midja Irlandiża, il-Ministru Abela qal l-inċertezza li kull Stat Membru qed jaffaċċja minħabba Brexit għandha tkun indirizzata.
Dan is-sentiment kien fost it-temi li l-Ministru Abela ddiskuta ma’ diversi Kunsilli u komunitajiet waqt iż-żjara tiegħu.
Il-Ministru Carmelo Abela qal: “L-UE u s-27 huma magħqudin f’dak li huwa ftehim bejn ir-Renju Unit fejn għandu x’jaqsam il-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Dan biex ma noħolqux diffikultajiet ta’ natura kummerċjali u anke għall-aspett ta’ sigurtà li għal dawn l-inħawi għadha b’saħħitha ħafna”.