Kelb bl-isem ta’ Kingston ingħaqad mas-sidien tiegħu wara 101 ġurnata.
Huwa kien irrappurat nieqes fl-agħar nirien li qatt ħakmu l-istorja ta’ California.
Fortunatament, huwa reġa ltaqa’ mis-sidien tiegħu wara 101 ġurnata.
L-aħħar darba li l-familja Ballejos raw lill-kelb tagħhom kien f’Novembru.
Kingston, li għandu 12-il sena qabeż mit-trakk tagħhom waqt li kienu qed jaħarbu n-nirien f’Paradise.
Voluntier li kien qed jaħdem fil-lokalità sab lil Kingston ilbieraħ u l-familja jemmnu li l-kelb tagħhom għex għax kien jiekol l-iskunks.
F’dawn in-nirien inqerdu 18,000 dar u 86 persuna nqatlu kawża ta’ dawn in-nirien li nxterrdu b’mod allarmanti fit-8 ta’ Novembru li għadda f’San Francisco.