L-eks Kummissarju tal-Artijiet ikkonferma li l-affarijiet fl-espropriju tal-art tal-Fekruna ma sarux skont il-proċedura.
Xehed dan l-eks Kummissarju tal-Artijiet Peter Mamo quddiem il-kumitat tal-kontijiet pubbliċi.
Peter Mamo l-Eks Kummissarju tal-artijiet qal: “Il-proċedura naqblu li m’hiex proċedura solida tal-espropju iġifieri tpartit privay u iddur mat-tieqa ? Hekk hu ezatt”.
Mistoqsi mid-Deputat Laburista Robert Abela, Mamo xehed li f’dan il-każ hu ma kienx involut fih.
Huwa kompla billi qal: “Ma ngħatx ir-request ta’ Mario De Marco u komplejtu? Ma kontx jiena involut. Ma kontx naċċetta kieku”.
Il-Gvern Nazzjonalista dam jittituba 10 snin sakemm is-sid tal-Fekruna, Ray Vella, b’ittra tat-28 ta’ Frar 2013 qabel mat-tpartit tal-art ma’ biċċtejn art f’San Ġwann u s-Swieqi.
B’Mamo wieġeb ma jidhirlux, meta mistoqsi jekk qatt saru espropjazzjonijiet qabel l-elezzjoni ġenerali, tul is-snin li ilu jaħdem fid-dipartiment tal-artijiet.
Huwa kompla jirrimarka li: “F’25 sena qatt kien hemm request ta’ espropjazzjoni qabel l-elezzjoni ? Ma jidhirliex, ma niftakarx”.
L-eks Kummissarju tal-Artijiet Mamo qal li kieku kien hu ma kienx jiffirma l-ftehim ta’ tpartit ta’ art tal-Gvern 5 ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, bħalma ġara fil-każ tal-art tal-Fekruna f’San Pawl il-Baħar.
Huwa ma qabilx li l-proprjetà tal-Gvern f’San Ġwann u s-Swieqi kellha tiġi vvalutata minn periti tas-Sur Ray Vella għax, skont hu, “ħwejġi nivvalutahom jien”.
Ħwejjġi jien nivvaluthom ma nqabadtx nies esterni.
Is-Sur Mamo qal ukoll li fl-idea tiegħu jekk il-Gvern kellu jesproprija kellu, jieħu l-passi meħtieġa mill-ewwel ħalli mbagħad jibdew in-negozjati dwar il-kumpens.