L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li minn spezzjoni li saret matul il-jum, ma nstabet ebda evidenza li xi ħaddiema barranin kienu qegħdin jgħixu f’tinda li ttellgħet f’barriera fl-Imqabba.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li wara l-pubblikazzjoni tar-rapport fit-Times of Malta fejn allegat li ħaddiema Torok kienu se jibdew jgħixu fit-tinda, l-uffiċjali tal-awtorità għamlu spezzjoni immedjata fil-barriera.
L-Awtorità qalet li ħarġet avviż ta’ inforzar biex titneħħa l-istruttura li ttellgħet fil-barriera.
Żied jingħad li s-sidien tal-barriera ddikjaraw li t-tinda kienet intiża biex isservi ta’ uffiċini u mhux għal raġunijiet residenzjali.