Żewġ żgħażagħ indarbu wara li d-dgħajsa li kienu fuqha fiċ-Ċirkewwa baqgħet dieħla fil-blat u nqalbet.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta fejn tellgħu mid-dgħajsa iż-żewġ żgħażagħ, wieħed ta’ 19-il sena u l-ieħor ta’ 20 sena it-tnejn mill-Mellieħa. Huma ittieħdu l-isptar Mater Dei fejn iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni taż-żagħżugħ l-ieħor għadha m’hiex magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.