Charles Le Brun direttur tal-kumpanija Cleanwell Services Limited kellu s-sentenza tiegħu mibdula minħabba l-fatt li ma tressqet l-ebda porva li r-reat li kien akkużat bih seħħ minnu nnifsu u mhux mill-kumpanija li tagħha huwa d-direttur.
Hu kien qed jaffaċċja akkużi ta’ miżapproprjazzjoni ta’ flus. Il-Kummissarju tat-taxxa kien għamel talba lill-pulizija biex tipproċedi fil-konfront ta’ Le Brun wara li akkumula kont ta’ madwar €85,000 għas-snin 1996 u l-2004.
Is-sentenza li ngħatat kienet dik ta’ sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin.
Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, irrevokat din is-sentenza u lliberat lil Le Brun minn kull akkuża.
B’hekk Le Brun inħeles ukoll milli jħallas €85,112.93 lill-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fi żmien 7 ijiem.
L-avukat Stefano Filletti deher għal Charles Le Brun.