L-Ahmadiyya Muslim Jammat Malta ppreżentat għotja ta’ sitt siġġijiet tar-roti u 100 ħamper tal-frott lir-residenti tar-residenza Sant’ Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Din kienet ippreżentata lil Kap Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Joseph Fenech mill-President tal-Ahmadiyya Muslim Jammat Malta l-Imam Laiq Ahmed Atif.
L-imam spjega kif il-kommunità Islamika Ahmadiyya tgħin lil dawk fil-bżonn. Huwa saħaq li din id-donazzjoni hija sinjal tal-impenn li l-kommunità għanda mal-iżjed membri anzjani fis-soċjetà.