Il-Kunsill Lokali Qrendi qed jiddeskrivi bħala att ‘vandalu’ inċident li wassal biex statwa tal-Papa armata f’misraħ waqgħet minn fuq pedestall u spiċċat b’rasha maqlugħa.
Fuq il-paġna ta’ facebook tal-Kunsill Lokali Qrendi inkiteb: “Kif tistgħu taraw permezz tar-ritratt, xi ħadd b’negliġenza, bla ħsieb u mingħajr rispett, baqa’ dieħel fil-pedestall tal-Papa li ntrama’ f’nofs il-pjazza, tant li l-istatwa tal-Papa twaqqgħet minn fuqu u saritilha ħsara kbira.”
Intqal li dan l-inċident seħħ meta suppost it-triq kienet magħluqa bil-barrikati tal-pulizija. “Li jidher li tneħħew jew ġew imċaqalqa minn persuna/i sabiex jinqdew huma,” żied il-kunsill lokali.
Finalment l-Kunsill Lokali ħeġġeġ li fil-ġranet tal-festa wieħed irid jimxi b’aktar kawtela u ħsieb, speċjalment fiċ-ċentru tar-raħal, fejn ikun hemm ħafna armar tal-festa. Nittamaw li inċidenti simili ma jerġgħux iseħħu.