Iż-żjara f’Għawdex tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wriet b’mod ċar id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja politiċi.
Fl-istess waqt li l-Prim Ministru kien qed jaqsam mal-Għawdxin il-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex, b’fost l-oħrajn il-bżonn ta’ trasport pubbliku mingħajr ħlas għal dawk li jużaw il-mina li se ssir bejn iż-żewġ gżejjer, Adrian Delia kien qed imaqdar u jkun negattiv dwar kull proġett f’Għawdex. Dan mingħajr ebda viżjoni u soluzzjoni konkreta.
Adrian Delia jixtieq li Għawdex jibqa’ kif kien 6 snin ilu. Joseph Muscat jixtieq li Għawdex ikompli javvanza, kif wara kollox qed jagħmel il-kumplament tal-pajjiż.