Il-bdot li tilef ħajtu fit-tiġrif tal-ajruplan f’Texas kien Carmelo Azzopardi, Malti ta’ 75 sena.
Azzopardi emigra lejn l-Istati Uniti snin ilu, u flimkien ma’ martu Paula ta’ 49 sena kien fl-ajruplan Cessna C421. Martu mietet ukoll fl-inċident. Carmelo għandu tliet itfal jgħixu Malta.
L-investigaturi Amerikani jgħidu li r-raġunijiet li wasslu għat-tiġrif tal-ajruplan Cessna għadhom qed jiġu investigati.