100 jum qabel il-ġurnata tal-votazzjoni għall-Elezzjoinijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew, il-Gvern nieda l-kampanja edukattiva tiegħu dwar il-VOT16.
Il-kampanja qed tinħadem flimkien mal-għaqdiet taż-żgħażagħ ta’ pajjiżna u għandha l-għan li teduka dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet li jgib mieghu l-vot.
Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli sostniet li tinsab kburija li wasalna fl-aħħar stadju ta’ din il-mixja storika. Hija rringrazzjat liż-żgħażagħ li kienu hemm sa mill-bidu.
Hija saħqet li din se tkun kampanja edukattiva li ma tinkludi l-ebda kulur politiku.