Grupp ta’ atleti Maltin minn fost l-1,800 membru ta’ Special Olympics Malta se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-World Games f’Abu Dhabi fit-8 ta’ Marzu li gej.
L-atleti Maltin se jikkompetu ma’ 10,000 atleta oħra minn 190 pajjiż differenti.
Il-president ta’ Special Olympics Malta, s-Sinjura Michelle Muscat saħqet li dan is-servizz jiġi offrut sabiex dawn l-atleti jiżviluppaw mhux biss l-abiltajiet sportivi tagħhom iżda wkoll il-personalitajiet tagħhom.
Hija saħqet li l-fondazzjoni Marigold ukoll hija sostenn ewlieni ta’ Special Olympics Malta, hekk kif il-maġġoranza tal-fondi jiġu investiti f’dawn l-atleti.
Filfatt hija saħqet li l-coaches se jkunu qed ikomplu jiġu mħarrġa filwaqt li se jkompli jiżdied ir-repertorju ta’ dixxiplini sportivi li ‘Special Olympics Malta’ toffri t- taħriġ fihom.