Anthony Said ta’ 44 sena mir-Rabat, Għawdex ġie kkundannat sentejn ħabs u mmultat €3,000 wara li wieġeb ħati li f’Jannar li għadda pprova jittraffika d-droga kokaina.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frank Anthony Tabone xliet ukoll lil Said b’pussess ta’ droga eroina u kannabis, li sar reċediv u li pprova jittraffika d-droga fl-inħawi ta’ Pjazza San Franġisk postijiet ffrekwentati minn żgħażagħ u tfal.
Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud qies l-ammissjoni bikrija tal-imputat, il-fatt li huwa maħkum mid-droga u li nqabad fil-fatt jittraffika d-dorga minn pulizija li fi kliem il-maġistrat Mifsud, qegħdin jagħmlu dak li jistgħu biex inaddfu t-toroq Għawdxin minn dawk li qed jeqirdu tant żgħażagħ.
Il-Qorti rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex jgħin lil Said jaqbad it-triq biex jirrijabilità ruħu mill-vizzju tad-droga.