It-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Dubai kellhom jieqfu għal siegħa hekk kif dalgħodu kien hemm rapporti ta’ drones li kienu qed itiru viċin l-ajruport.
Is-sospensjoni tat-tielet l-ikbar ajruport fid-dinja damet bejn l-10.13am u l-10.45am.
Il-vjaġġatur Andrew Todd kiteb fi Twitter kif eluf ta’ nies kienu bilqiegħda fl-ajruplani li ma kienu sejrin imkien.
Dan isegwi dak li ġara fl-ajruporti tar-Renju Unit minħabba li kien hemm drones itiru qrib l-ajruport.
L-inċident affettwa 1,000 titjira u ħassar il-pjanijiet ta’ madwar 140,000 ruħ.